Miniex Jien Wieħed Minnkom.
Miniex jien
wieħed minnkom,
U magħhkom ma
niġix,
Il-bieb iftħuli
beraħ,
Jien minnu ma
ngħaddix.
Jekk tiġu lili
tfittxu
U hawn ma
ssibunix
Tgħarfuni mid-dell
tiegħi
’Mma lili
tqisunix.
Tgħiduli l-issa
waslet,
Nighdilkom, mhux
il-ħin,
U nibqa’ dejjem
sejjer
Ħabibi ma nafx
min.
Jekk nieqaf waħdi
naħseb,
Imdendel ma kull
ħsieb,
Irrid li min
jarani,
Ma jkunx xi ħadd
mill-ħbieb.
Bħaż-żmien li ma
jridx jgħaddi,
Fil-ġuf
tal-infinit,
Il-mewt biss
illużżjoni,
Li tiġri ta’
tikwit.
Alfred Grech.
11/08/2016
No comments:
Post a Comment