Fuq ġismek qed jintilfu.
Fuq ġismek qed jintilfu u
f’għajnejk jiżfnu
Elf orbita bla xuxa tal-kometi
U fuq xufftejk iz-zokkor
t’għanja muta
Fil-baħħ tax-xejn li d-diwi
jirrepeti.
Imm’int l-imħabba taħsel
fl-impossibbli,
Fis-skiet li qatt ma nstema’
tgħaddi fewġa,
Il-qamar qed jistrieħ, riġlejk
miġbura,
Il-moħħ għajjien jintelaq ma'
kull mewġa.
Fi ħdan il-bews etern ta’
baħar sieket,
L-imgħoddi bħal musmar
fl-injam imwaħħal,
Ħadid mal-bieb li jsakkar kull
tifkira,
Ma' daharna t-tnejn kull xili
jibqa’ mkaħħal.
Kull xewqa tiġi u tmur li
m’għandix x’nambi,
F’widnejna jibqgħu jidwu
ħsejjes strambi.
Alfred Grech
21/08/2014
No comments:
Post a Comment