Jien Sibt Ruħi.
Jien Sibt ruħi f’dil-quċċata,
Tlajt hawn fuq bla
ma xxabbatt,
Lanqas biss ma
rajtek ġejja
Dħalt hawn ġew
bla ma ħabbatt.
F’daqqa waħda sibtek
ħdejja
U għal ftit kont
naħsbek waħx,
Moħħ imdallam,
qalbi waqfet,
U ħassejtni ma
niflaħx.
Int bħal ħsieb li
jiġi f’daqqa
Int bħal berqa
mill-punent,
Xħin niftakar l’inti
ġewwa
Ġrejt warajk
inutilment.
Ġejt illum
infittxek waħdi,
Għelm warajk ma
ħallejtlix,
Bqajt nistenna
solitarju
Kemm iddum ma
tkellimnix?.
Alfred Grech
05/08/2016
No comments:
Post a Comment