Wednesday, 17 August 2016



Ġwenħajja tqasqas.  

Ġwenħajja tqasqas kieku taf li nħobbok
U tibqa’ tħares lejja
Bħal ħmar li baqa’ jdur
U tistaqsini
Għadnix dak l-anġlu jtir
Fi żmien il-kaċċa.

Kieku kelli nħallik int timbuttani
Minn fuq l-irdum għal isfel
U tgħidli l'għadek tħobbni
Għax bqajt inħares lejk.

Jekk għad xi darba nħobbok
Inħobbok differenti
Ngħannilek għanja ġdida.

Ismek jinfed l-infinit
U leħnek bħat-tvenvin tar-riħ
Bħall-bard li jxoqqni.
U jiena lanqas naf jekk intix tiegħi
Fil-ħolm,
Inkella xi oasi
Fid-desert tas-sensazzjoni.

Alfred Grech
31/10/2014


No comments:

Post a Comment