Ejj’Noħolqu Moviment.
Ejj’noħolqu
moviment
Ejj’ noħolqu
mewġa lbira.
Ejja ngħumu mal-kurrent
Anke ‘kk din mhix
ħlief għadira.
Ejja nrewwħu bħal
farfett,
Biex noħolqu ftit
pressjoni,
Tkun kaġun
mill-bidu nett
Tal-oħrajn
il-konfużzjoni.
Ejja nġnġu
l-ideat
U noħorġu b’waħda
kbira’,
Dan ikun bħal Kolp
ta’ Stat
Nistgħu nieħdu
biss tkaxkira.
Ejj’nilgħabu
wkoll bl-imħuħ
Ejja nagħmlu
maltempata,
Nilluppjaw in-nifs
tar-ruħ
U nsejjħula biss
xalata.
Ejj’noħolqu wkoll
partit
Biex inwegħedu
wkoll bil-mija,
Inxekklin
mingħajr aptit
Din mhix ħlief
demolrazija?
Alfred Grech
04/08/2016
No comments:
Post a Comment