Niġi ’l-Hawn Jekk Niġi Bżonn.
Jekk inħares
ġewwa l-mera
Tgħidu kemm jien
vanituż,
Jekk ngħidilkom
jien x’qed naħseb
Tgħidu kemm jien
prużuntuż.
Jekk jien nobdi
bla ma ngerger
Tgħidu: Laqgħqi u
ma jiswiex,
Jekk nimmuta u ma
mgħidx kelma
Tridu tafu dan
għaliex.
Kull kif nagħmel
qatt ma nogħoġob,
Sew fid-daħk u
sew fl-ilfieq,
Kif xi darba
nista’ noqgħod
Ngħix fil-paċi
kif nixteiq?
Nibda’ ngħix
aħjar għal rasi,
Niġi ’l-hawn jekk
niġi bzonn,
Ma mmissx magħkom
jew nitħallat
U ma naqla’ qatt
bil-ponn.
Alfred Grech
10/09/2016
No comments:
Post a Comment