Waqtiet 1
Jien dal waqtiet
naqbadhom
Bħal bżieżaq
tas-sapun,
Li jġibu ferħ u
dwejjaq,
Inkun kull fejn
inkun.
Jien dal-waqtiet
naqbadhom
Li jaħbtu ta’
kulljum,
Jinfaqgħu ġewwa
wiċċi,
Ninsiehom bla ma
ndum.
U minnhom għanja
nagħmel
U nqum minn bejn
l-imwiet,
U xejn ma jibqa’
minnhom
Għajr ftit ta’
tifkiriet.
U nerġa’ nħares
lura
U nerġa nibda
nduq
Il-ħlewwa li jħalluli,
U nogħola ’l-fuq ’l-fuq.
Alfred Grech
28/02/2017