Jiena.
Jiena li b’dawn
il-versi ninbni qiegħed
Piramida li tibqa’
għal wara mewti.
Jien, li norqom u
ninseġ fuq it-tila
Ta’ ħolm u
tixbieħat biex xi ftit ninsa’
Li din biss
illużżjoni u mhi xejn aktar,
Ibbalzmat u
marsus ġo dawn il-versi
Li għandhom
mil-lampik ta’ fwar in-niket,
Uġih ta’ min irid
ta’ kull filgħodu
Jibda mill-ġdid.
Iġerbeb ġebla għat telgħa!
Jiena li b’dawn
il-versi li qed nikteb
Nagħti xhieda ta’
ruħ imbarazzata,
Li għadni bħal
ħaddieħor qiegħed nagħraf
Li dan mhu xejn
għajr xejn u mhu xejn aktar,
U ħolm li qatt ma
kien u li tmiss b’ idek.
Jiena li b’dawn
il-versi rrid xi darba
Ninsa’ minn fejn
għaddejt, minn fejn ridt ngħaddi
Wara li tkeċċejt
minn fuq olimpu,
U nieżel bqajt nitgerbeb
daqs Hefestu,
Tiġini t-tentazzjoni
nibqa’ ngħanni,
U nikteb, u
ngħanni għall-dejjem ta’ dejjem.
Din hija
t-tentazzjoni ta’ kull darba
Li nqum u nibda
nħoss in-nuqqas tiegħek,
U wara li
nintebaħ, niġi f’tiegħi
Int tgħid li jien
kattiv u ta’ qalb iebsa.
Alfred Grech
22/02/2017.
No comments:
Post a Comment