Xi Minn Daqqiet.
Xi minn daqqiet
jien naħsbek illużżjoni
Inkella jien
ninbidel f’elf haġ’oħra,
Biex nilbes għal
waqt wieħed dik il-maskra
Li taqbel
mal-kuluri tal-qawsalla.
Biex nersaq lejk
xi ħaġa qed tiġbidni
Imm’inti ta’ kull
darba tinbuttani
U jiena nerġa’
lura nirrifletti
X’inhu li jġiegħlni
ngħidlek bla ma nfissru.
Alfgred Grech
15/02/2017
No comments:
Post a Comment