112.
Imdendel kollox b’ħajta
tal-għanqbuta
Bħall-ħajja li
t-tnejn sibna ruħna fiha.
Tiġini
t-tentazzjoni li nċempillek
Għax ma din
il-melodija rabat qalbu
L-għannej. Imbagħad
fil-ħemda naħrab ħarba,
Biex niġbor kull
tqanqila f’din ir-rabta.
Fit-tul, fit-tul
ir-raqda tal-poeta
U bħaż-żernieq
l-irxoxt minn qalb il-weraq.
Tinfirex ma kull
pass tas-sebħ ir-riħa
Fi twapet bla
kulur ta’ dan il-wileġ..
U jien ma
ngħidlek xejn għax nibqa’ mbellaħ,
U jiena xorta
waħda nibqa’ nħares
Lejn dehera alluċinanti u indiskreta
U nibda nħoss
il-bews ġej fuq xuftejja.
Alfred Grech
11/02/2017
No comments:
Post a Comment