Wednesday, 15 February 2017



Daqskemm Ninsab il-Bogħod.

Daqskemm ninsab il-bogħod
Daqshekk inħossni mbiegħed
Inħoss li mhux qed hawn
Ta’ taħti qed jitriegħed.

Daqskemm inħossni waħdi,
Daqshekk tonqosli l-ħtieġa,
Ninqasam f’elf mitt biċċa
U nidher minn ġol ħġieġa.

Daqskemm ninsab il-bogħod,
Daqshekk is-sensazzjoni.
Fuq xifer fejn tispiċċa
Kull firda u distinzjoni.

Daqskemm ninsab il-bogħod
Daqshekk inħossni qribek,
Għalkemm jien ma nafekx,
’Mma naf li ser insibek.

Daqskemm ninsab il-bogħod,
Qed tikber id-distanza,
Bejn dak li hu magħruf
U dak li jtik speranza.

Daqskemm ninsab il-bogħod
Qalb ħafna nies distinti,
Iċċarrat dak li star,
Tistaħba wara l-kwinti.

Tkun taf x’hemm fuq il-palk,
Min huma wkoll l-atturi,
F’teatru tal-assurd,
Fejn tara biss bravuri.

15/02/2017


No comments:

Post a Comment