Il-Lejla Rġajt Ma Ġejtx Infittxek.
Il-Lejla rġajt ma
ġejtx infittxek
Taħt il-fanal
tal-katuniera,
Fid-daħla
tal-isqaq mudlam
Li jagħti għal
ġol baħħ ta’ ruh qed tfittex
Il-bandla tagħha.
Il-lejla ma ssammajtx
għaż-żiffa għaddejja
Minn taħt
it-tieqa tħabbar l-agunija,
Iż-żiffa ġejja,
ġejja u qatt ma tasal;
Għaliex għalkemm
għal ftit,
Sbuħitek tibqa’
għall dejjem.
Il-lejla jien
stajt qbadt ma waħda ġdida,
U qagħadt
ninnamra magħhha bla ma nindem,
Mingħajr biss ma
tintebaħ fejn kont qiegħed.
Għax inti minn
għalik li qiegħed hawn
Li noqgħod nistenniek
taħt din it-tieqa.
Imm’issa naf li f’ħin
jew f’ieħor int tintebaħ
Li dan mhuwiex
ħlief ħabs ta’ ruh marida.
Min fejn xi daba
rridu t-tnejn noħorġu.
U dak ikun
iż-żmien li inti l-inqas
Tkun tistennieni.
. .
Imbagħad tkun dik
tassew il-melodija
Li rrid
ngħannilek.
Alfred Grech
03/02/2017
No comments:
Post a Comment