Dan Hu Traġitt.
Dan hu traġitt
fid-dlam minn ponta s’oħra,
Jew taraġ illi
nżiltu kemm il-darba,
Dan huwa vjaġġ li
jiena qatt m’għamiltu
Dan hu diskors ta’
min ried jaħrab ħarba.
Għad jgħaddi
ż-żmien u jibqa’ biss tifkira
Ta’ dan l-uġigħ,
il-qtigħ il-qalb u s-saħna
Ta’ dak il-ħin
fid-dell tas-simulakru,
Biex forsi nsiru
nafu żgur min aħna.
Min aħna ma
nafux! x’għallmuna nafu,
X’għallmuna biex
fin-niċċa nsibu postna,
Għall-ordni nobdu
qisna nagħaġ fil-merħla,
Ninġarru mill-kurrent
kull min ġie fostna.
Alfred Grech
06/02/2017
No comments:
Post a Comment