Friday, 17 February 2017



Mingħajrek.

Mingħajrek ma stajtx noqgħod
Ukoll jekk id-distanzi ta’ bejnietna
Żdiedu,
U int m’għadekx tidhirli
Liebsa l-mant tal-kwiekeb.

Mingħajrek ma stajtx noqgħod,
Ukoll jekk x’minn daqqiet
Idoqqu smajt l-iżveljarin,
Taħkimni qed nistaqsi lili nnifsi
Hawnhekk jien sewwasew
X’ġejt nagħmel.

Mingħajrek ma ngħaddix,
Ukoll jekk m’inti xejn
Ħlief vizzju seduċenti.

U nibqa’ nistaqsik tasseww
Int min inti.

Alfred Grech

17/02/2016

No comments:

Post a Comment