Ħa Noqgħod Hawn bi Kwieti.
Ħa noqgħod hawn
bi kwieti,
Ma nisma’ rrid
lil ħadd,
Jirbombja dan
l-istorbju
Tal-boloħ, ta’
bla għadd.
Ħa noqgħod hawn
niċċassa,
Hawnhekk fil-baħħ
tad-dlam,
Mingħajr ma
nħares barra
Biex nifhem sew
id-dramm.
Irrid li xejn ma
nagħmel,
Ħa norqod bla ma
nqum,
M’għandix għal
xiex nitħarrek
Jew nibża’ li se
ndum.
M’għandix
għalfejn inħaffef
Fil-ġiri ta’
kulljum
Dan hu tal-ħajja
balzmu
Li kellu jsir,
mitmum.
Alfred Grech
27/02/2017
No comments:
Post a Comment