Jekk Din Mijiex Ħlief Passeġġjata.
Jekk din mhijiex
ħlief passeġġjata
Dan jista’ jkun
il-vjaġġ tan-nostalġia,
Jekk mhuwa xejn
ma jimpurtax
Inkun qed ngħaddi
ż-żmien bħal ħafna drabi.
Inkun qtajt
il-biljett biex nibqa’ barra.
Dan hu pajżaġġ
idilliku fi ħrafa
Li nafu sew u fiħ
trabbejt sa mit-tfulija.
Din hi veduta li
tgħallimt u li għajnejja
Jistrieħu fuqha.
It-tqanqiliet
taż-żiffa mill-grigal
Iqajjmu freneżija,
Nixtieq nibgħatlek
bewsa fuq kull mewġa
Imm’inti tibqa’
hemm bla ma tifhimni.
Dal-ħsejjes huma
ħsejjes li tant drajthom
Tal-qniepen qed
isejjħu lill-fidili.
U jekk qed
tistqsini jien min jiena.
Ma jiena xejn,
irrid li noqgħod hawn bi kwieti . . .
Imbagħad bdiet
nieżla x-xita u sfratta kollox.
Alfred Grech
31/01/2016
No comments:
Post a Comment