Jekk Taqbeż Minn Fuq Ix-Xifer.
Jekk taqbeż minn
fuq ix-xifer, hemm il-baħħ
Ja mara tat-tempesti;
Jekk l-arpa ma
tmissiex, l-oħrajn ma jistgħu qatt
Iduqu ftit
mill-benna li tinżel bħal għasel fuq ix-xuftejn..
Ikraħ l-ajru u
mdallam is-sema
U l-baħar
inkurlat qed jgħażżaż sninu.
Imm’inti tibqa’
ttir fil-glorja tiegħek
Bil-ġwienaħ ta’ gawwija
li tisfida l-art u s-sema,
U terġa’ lura.
Għoli, għoli wisq
il-preċipizzju
U kbir wisq
il-kjażmu l-hemm jifridna.
Xħin il-mixja
lejn x’imkien issir hi d-destinazzjoni
Inħoss li nkunu
tlifna,
U jkun baqgħalna
biss is-sensazzjoni.
Meta nibda nħares
lejk bħalma jħares lejk ħaddieħor
Inti tintilef fil-misteru.
. .
U jien inkun
tlift il-ġlieda tal-mewt u ħajja.
Alfred Grech
09/02/2017
No comments:
Post a Comment