114.
Is-skiet hu ftit
diffiċli biex togħmodu.
Fis-skiet issib
tweġiba għall-mistoqsija.
Jien nimxi b’pass
ta’ nemlu biex nitakar
U noqgħod
nirrifletti fuq li tgħidli.
Hemm jinbqgħu
dawk id-djar li fihom għexna
Ukoll jekk għad
biż-żmien jibdew jiġġarfu.
Dak kollu li
għamilna jibqa’ mħażżeż
X’imkien fil-baħħ
fejn għadek tista ssibu.
U jekk jien naħrab
ħarba biex nistaħba,
Ikun biex ngħix
kulljum bħal qisni f’ħolma.
U kemm il darba
nbiddel il-bandiera,
Biex nara kif
inhi x-xaqliba l-oħra
U t-taraġ hekk nitilgħu, tarġa, tarġa.
Nixtarr
mistoqsijiet li kont tagħmilli.
Alfred Grech
14/02/2017
No comments:
Post a Comment