Mhuwiex Għax Ma Nħobbokx.
Mhuwiex għax ma
nħobbok, li rġajt ġejt lura,
Mhuwiex għaliex b’għemilek
ħadt għalija,
Iżd’hu għaliex
hekk f’daqqa waħda ntbaħt li konna
Dieħlin it-tnejn
bħal ferrovija ġewwa mina,
Jew sqaq mudlam
li fih jien kont il-darba,
Weħilna fil-binarju
Tal-ħajja ta’
kuljum u tar-rutina.
M’hemm xejn
daqshekk li huwa soffokanti
Għalija, kull xħin
nintebaħ, illi għada
Se nerġa’ nqum
filgħodu u nerġa’ nagħmel
Kull pass l’għamilt
illum l-għamilt il-bieraħ.
U x’minn daqqiet,
nixtieq il-faraġ tiegħek
Migħajr ma
mmissek.
Alfred Grech
02/0202017
No comments:
Post a Comment