Għax Jista’ Jkun.
Għax jista’ jkun
li ħadt għalik xħin tlaqt bla ma sellimtlek,
Inkella għax ma
żammejtyx l-appuntament li kellna.
Kun af li dħalt
fis-saltna tas-silenzji,
Fejn post ma hemm
għal ħadd, ħlief għal min jaħfer.
Int sirt dik
l-emozzjoni li mank tħossha,
Li dak li jkun
irid bil fors juriha,
Bħal meta tmur xi
funeral u s-sogħoba li tkun qed turi
Mhuwiex tassew li
tkun qed tħossha.
U jista’ jkun li
hekk aħjar,
Għax jekk ma tafx
fejn inti sejra,
Tintilef ma
tistax.
Bħal dik
id-dagħjjsa ta’ bla qlugħ u ta’ bla mqadef.
In-nawfragat ikun
ser jagħmel xi skoperta.
Waqt li kont
miexi f’dawn it-toroq intriganti
Ħassejt mill-ġdid
ir-riħa tat-tfulija
Jidhirli wkoll x’imkien
bdejt nisma’ leħnek
U ntbaħt li
l-innoċenza qiegħeda tħares
Mill-kwadru ta’
kull tieqa.
Staqsejtni jien x’qed
nagħmel!
Jien mhu qed
nagħmel xejn li hu ta’ fejda,
Xtaqt nagħmel dak
l’għalih mhux ser nitħallas,
Għax issa l-waqt.
Għax issa kull ma għandi.
Alfred Grech
04/02/2017
No comments:
Post a Comment