Twelidna Lkoll Ilsiera.
Twelidna lkoll
ilsiera
U nieħdu ħafna
żmien
Sabiex ix-xibka
nqattgħu
Li ddawwar
kullimkien.
Ix-xibka tifrex
ħafna
U b’morsa tal-ħadid,
Ixxekkel moħħ
kull wieħed
U tobdi bla ma
trid.
Biex toħroġ minn
ġo morsa
Ta’ ħafna
liġijiet,
Tat-taxxi u
tal-morali,
U ħafna
ħmerijiet.
Biex tibda taħseb
b’moħħok,
U tagħmel affarik,
Tgħidx kemm trid
taħraq andar,
U l-għejja
tagħmel bik.
Biex tibda taħseb
b’moħħok,
Tkun taf il-verita’,
Ma tkunx
il-perċezzjoni
Li ttik is-sigurta’.
Ta’ kliem imqit u
żibel,
Tgħajjir u tfih
ta’ tajn,
Il-wirt ta’ min jaħkimna,
Biex nagħmlu
bħall-oħrajn.
Sakemm għad hemm
il-ħajja,
U għadna
mal-ħajjin,
Ħa nidhru nagħmlu
bħalhom
Ħa nibqgħu
magħfusin.
Alfred Grech
03/02/2017
No comments:
Post a Comment