Filwaqt.
Filwaqt li
ta’ l-Istampa
jżommu
l-bilanċ,
ikejjlu biss
b’xibirhom biex jaraw
ta’ min
l-aħjar affari,
il Malti
megħedi mxaħxaħ
fin-nagħas
tal-opulenza
u fl-għass
tal-affluwenza.
Filwaqt li
dawk ibiegħu
ħwejjiġna ’l-barranin
aħna bqajna
hawn intiru
fuq ġwienaħ
ta’ farfett.
Filwaqt li
dawk iħarbtu
u jibnu
bil-konkrit
aħna konna
hawn
nistħajjlu
l-ġenna fl-art
biex sibna
ruħna barra
mill-kanċelli tal-elite,
għax ma
stajniex inħallsu
is-saqaf ta’ fuq rasna,
l-ilbies li
kellna nilbsu
u l-ħobż li
ridna nieklu.
Alfred
Grech
27/01/2019.
No comments:
Post a Comment