Wednesday, 30 January 2019




Għad Jigi Żmien.

Qalu li kollox għandu żmienu
u kull ħaġa għandha waqtħa:
waqt li titwieled u waqtli tmut,
waqt li tħawwel u waqt li taqla l-imħawwel,
waqtiet li nistennik ġejja u waqtiet li reġa’ bdieli
għaliex l-istennija hi turment
u xħin titfaċċa jibda l-ħin ireġġa’ lura.
Waqt li ma tridx li taraħ jgħaddi
u tixtieq li għada ma jisbaħx
għax issibek sew kif inti qiegħed
u hemm il-wens f’dak li ġa taf.
Waqt li jibqa’ għall dejjem wieqaf
u li għada ma jisbaħx
biex ma tilqax l-isfidi u s-sorpiżi
li kull jum jistenbaħ bihom.
Waqt li bħal-lejla quddiem in-nar ta’ ġol-fuklar
ma tixtiequx li għandu jgħaddi.
Waqt li ma jridx jgħaddi
għaliex is-saħta tal-ħin u żmien waqfu
jissorprendu r-ruħ li issa drat kollox
li xebgħet tgħix u tgħix għal dejjem.
Waqtiet li aħna t-tnejn ħrabnihom
u flok ħrabna kien aħjar
li ħarisna f’għajnejn xulxin
u tagħllimna s-sewwa u s-sabih li jiġi
mill ħars fl-għajnejn
u t-traqqid tal-impulsi li jiġu
mill-sfrattu tal-jien bla lġiem.
Waqtiet fejn missna skitna
minflok weġibna lil xulxin,
waqtiet fejn missna qagħdna nħarsu lejn ixxefaq
u tkixxifna fejn tmur tistrieħ ix-xemx.
Waqtiet fejn konna nafu t-tnejn li aħna
x’ridna u minn xhiex qiegħdin inbagħtu
iżda ta’gwejjef li konna
ħrabna l-waqt u ħrabna lil xulxin.
Għad jiġi żmien meta jiena u int nintebħu
li ħemm ġejjieni li ma wettaqniex
li hemm ktiba li qatt ma nkitbet
u profezija li ma seħħitx.

Alfred Grech
30/01/2019


No comments:

Post a Comment