Int Tgħid
Int tgħid li trid tiġI u tidħol f’din id-dinja
Id-dinja tiegħi
Mingħajr ma taf fejn inti sejra
U tgħid li trid tħalli
d-dinja li taf
Biex taqsam ix-xefaq
tad-dubbji,
Jew tad-dinja li qatt ma
rajt
U taqsam ix-xmara li minnha
lura ma terġax.
U tgħid li mhemmx għalfejn
taħsibha
Għax taf sew xi tkun qed
tgħid
Waħħalt f’moħħok li f’did-dinja
-Id-dnja tiegħi-
Għad trid tizboq iż-żmien li
ġej.
U li mhemmx aħjar mill-qabża
Minn xifer l-irdum
Għaliex xħin taqbeż
Għandek mnejn titagħallem
kif ttir.
Alfred Grech
25/01/2019
No comments:
Post a Comment