Nismagħha Rrid Mingħandek.
Xi minn daqqiet nismagħha
rrid mingħandek,
għax l-anġlu tiegħi m’għandux
leħen
u dak li nisma’ tiela’
mill-abbissi
ikun leħen stunat u mank
jinfiehem.
Aktarx ikun xitan li jxidd
kostum ta’ mara
inkella n-naħħa l-oħra
tal-munita,
kull meta nisfa’ mweġġa’
għax qed nitlef
jinħtieġ li nerġa lura
nfittex lilek
inkella nerġa’ lura minn fejn
tlaqt
jew noqgħod hawn fil-kwiet
nitħasseb waħdi,
u niżen jekk it-tul l-imxejt
kien kollu siewi.
Int tista’ għalija tkun
l-arkanġlu li ġie jħabbar
li t-tmien qed wara
l-kantuniera
u jien nitilef nerġa f’litanija
ta’ bla tmiem u ta bla kuda.
Alfred Grech
01/01/2019
No comments:
Post a Comment