Monday, 21 January 2019




L-Ilma.

Quddiem tfixkil u saram
qattx taqta’ din-nixxiegħa,
jew tinsa fejn trid tasal
bħal kienet imwissija.

Il-ġebel u t-tumbati
werrej ta’triq preskritta;
taħsibx li huma ostakli
triqitha qatt mhi dritta.

U tibqa’ għaddejja sserrep
tiltaqa’ ma seħbitha,
igelegl l-ilma ġieri
daqskieku kien fil-wita’.

Sakemm araha qed tferra
fil wied u ssib lill-ommha,
u mbagħad fir-rotta tagħha
mhemm ħadd u xejn li jżommha.

Alfred Grech
21/01/2019.

No comments:

Post a Comment