Mudell.
U tista’ tkun ukoll mudell
li ruħek sibt fuq it-tribuna
sparat min katapult oxxen
u tista’ tgħid li sibt fortuna.
u tista’ tkun ukoll mudell
bħal manikin għall
okkażżjoni
u ruħħek sibt fuq pedestall
għarwien mingħajr
kontestazzjoni.
Jew kont ukoll dak il-mudell
iġġorr it-toqol li mank
tiflaħ,
jew min ma libes qatt
qalziet
u l-għera tiegħu qatt ma
jilmaħ.
Miskin imbagħad mhux se tkun
int
Għax id-disfatta mbagħad tinbdara,
Miskin kull min jitwekka bik
li jsewwi jrid li tħalli
wara.
Alfred Grech
15/01/2019
No comments:
Post a Comment