Hekk trid tidħol għalihom
il-granet tal-isfida
tal-qtigħ il-qalb u
tal-qlubija
għaliex hu agħar li ċċedi u
taħrab
milli tmut għal dak li
temmen
u tisfida dawk l-iħirsa li
qatt ma tista’ tlumhom.
Jaħarbu u jitilqu l-ġellieda
tal-isem
is-suldati tal-ispaga bħal
grieden
għal ġot-toqbda sakemm tibqa
waħdek
int il-ħaruf għal-qatla’
il-paradoss ewlieni tal-qalbieni
ġwejjed
għax ħadd ma jibqa’ jishar
l-aħħar siegħa,
is-siegħa ta’ bejn it-telf u
r-rebħ
ta’ bejn il-mewt u l-ħajja.
Alfred Grech
25/01/2019
No comments:
Post a Comment