X’Ikun il-Vojt Li Tħalli.
X’ikun il-vojt li tħalli x’xħin
titlaqni?
Il-ħofra fonda, fonda ta’
bla qiegħ,
il baħħ li lanqas għandu
kantunieri
jew il-frammentazzjoni ta’
mera li saret biċċiet?
Kien hemm dwejjaq, kien hemm
dmugħ
iżda jien ma qagħadtx
nistaqsi
jekk stajtx ngħix il ħajja
solitarja
nitkellem miegħi stess jew
ma xi ħadd mistħajjel
inkella nidwi l-ħsejjes primordjali
tal-univers.
Xħin tlaqt int ħassejt
il-baħħ
bla staqsejt il-baħħ x’ikun,
bla staqsejt jien x’kien
jonqosni
u jekk din kientx il-weġgħa
ta’ min ħa bil-kbir għalih
jew jekk kellekx minn dak li
xtaqt.
U mbagħad staqsejt jekk
kellix nitelaq mal-kurrenti
u nħoss bħalma jgħidu
l-għandu jħoss kullħadd
jew nagħmel ta’bir-ruħi
wara din it-telfa’
Alfred Grech
02/02/2019
No comments:
Post a Comment