Saħta Tal-Allat.
Issa li ġejt u rajt kullma
kien hemm x’tara
Tirtab il-molla li mbuttatek
Biex terġa’ tħares f’wiċċ
l-għadira
U tara jekk ix-xbiegħa mbidlitlx
Jew jekk huwiex il-wiċċ
qadim li kellek dari
Inkella maskra ġdida li sebqithu
Li xxidd kull tant u tant
sabiex tingħoġob
U tara n-naħħa l-oħra
tal-munita.
Issa li ġrejt il-ġirja
kollha
U qtajt in-nifs, wasalt fejn
kont wasalt
Għal ħafna drabi
Taħsibx lli dan hu ċirku
tond
Li jdur f’burdati ta’ kull żmien
u kull staġun?
Dan jista’ jkun ukoll
dbandil fil-vojt
Tal-pendlu mingħajr ħabel
Jew għandek bżonn mingħand
l-allat
In-nar biex toħroġ minn ġo
fik
Il-ġenju mlebbet.
Jekk għadek fejn kont qabel
Ittella l-istess ġebla
Din mhix għajr saħta
tal-allat.
Alfred Grech
18/01/2019
No comments:
Post a Comment