Weġgħa.
Iweġġa’
l-bogħod li tfajt bejnietna,
u jinqara’
wkoll il-kliem li ma jingħadx
għax sibtni
ngħum ġo baħar
fejn ma
jilħaqlix,
il baħar
tal-insikurezzi.
Il-muta
tiegħek agħar minn dar battala
jew nieqsa
min min jgħix fiha.
Jien nibqa’
hawnhekk
nisfida
bil-mistoqsijiet
lis-sema li
lanqas irid jemmen.
Tweġġa’
t-tbissima sarkastika
li tostor
is-sigrieti maħlufa
għad-dawl
ta’ qamar kwinta.
Alfred
Grech.
20/01/2019
No comments:
Post a Comment