Għax Int.
Għax int bħal serafin
fil-bieb tal-Għeden
Ma tħalli lil min jgħaddi u
jidħol ħadd,
Tkeċċili l-ħsibijiet ta’ kull mar’oħra
Biex bħalek nibda ngħid li
ma sibt qatt.
Int taħsel twebbes rasek
daqs ta’ blata
Imdawwra xahari mimli xewk u
għollieq,
Jekk tiġi l-fewġa tmewweġ ma
kull radda
Ma tkun ta’ ħadd u tagħti
wkoll bis-sieq.
Jekk ta’ madwarek jitlef
l-għaxqa tiegħek,
Int tibda tonfor titlef
il-miżien,
U bħal gwerriera tarma tarka
u xabla
Tiġġieled l-għadu u tagħti
fejn kien kien.
Alfred Grech
12/01/2019
No comments:
Post a Comment