Meta Tieqaf.
Meta tieqaf tħares
lejn il-ħajja
bħallikieku kient
toqol li trid iġġorr,
meta tieqaf
tħares lejn ix-xefaq
u tistaqsi xhemm
lilhinn
issib li t-tifsir
jinsab bejn kull sillaba
li tlissen u kull
nota tal-għanja li tiġik
jew il-ħsejjes ta’
bejn tnejn jitlewmu
inkella l-fewġa
tar-riħ li jwassal
il-qtar tal-ilfiq
ir-raxx ta’ mewġ
il-baħar
ma l-ilwien ta’
nżul ix-xemx.
Imqar qalb is-skiet
tal-lejl jinstemgħu il-ħsejjes tal-ħajja.
Imqar fid-dalm
trid tistaqsi jekk dak li tħoss
ġo fik għandux
isem.
Meta tieqaf
tħares lejn il-ħajja
u tistenna xi tweġibiet
issib li qiegħed
tgħix.
Alfred Grech
26/01/2019.
No comments:
Post a Comment