Kemm Nixtieq.
Kemm nixtieq li nerġa’ lura
Fuq il-ġwienaħ tal-mistħija
Qalb iċ-ċpar
fl-aberrazzjoni
Bla ma nagħmel
mistoqsija.
Mhux ninnġarr biss mill-kurrenti
Iżda nżommok fiss f’għajnejja,
Jew niggranfa mal-iskolji
Jew nistenna lilek ġejja.
Ma nixtieqx indur id-dawra
Iżda noqgħod waħda, waħda,
Ngħodd iż-żibeġ tal-kuruna
Jew nixtarr id-dieq taċ-ċaħda.
Alfred Grech
24/01/2019
No comments:
Post a Comment