Bħal Diwi.
Bħal diwi jtenni dak
li kellna f’moħħna
marsusa fil morsa tal
bizgħat mistħajjla,
biex issa spiċċajna fil-ħolm
tad-dellijiet
li kienu u fil-kitbiet ta’
fuq il-mafkar
li għad iridu juru fejn
darba konna.
Dan it-twerdin u dawk
il-graffiti
setgħu xi darba jlissnu
l-ħlieqa
jew l-aħbar li tkun
rivelazzjoni
tax-xejn li aħna, jew aħna
minn fejn ġejna.
Iżd’aktar ma jgħaddi ż-żmien
aktar insiru barranin ġewwa
qoxritna
f’did-dinja mitluqa bħal
ballun tal billjard
fil baħar xurban tal-spazju.
Jista’ jkun li għad xi darba
ngħidu
li aktar m’għadniex il wild
ta’ din id-dinja
dil-pjaneta li sawwritna u
sammritna
mad-destin tagħha u li tagħtna
l-qilla
u l-kburija li nistaqsu.
Minn fuq il-quċċata li għad
xi darba nilħqu
u ġewwa l-ġrajja mhix
miktuba
ta’ jasar u delużjoni
indommu ftit ftit l-annali
ta’ ġrajjietna, nħożżu kull
tqanqila
li l-art tagħmel din l-art
li welldet kollox.
Niddejjqu xħin inġarrbu
l-aħħar eklissi
ta’ ruħna u nilmħu l-kapsula
spazjali
toqrob aktar lejn ġudizzju
universali.
Fiż- żmien dan kollu tħabbar
mill-profeti
li qalu wkoll li għad
mill-ġdid nitwieldu.
Alfred Grech
10.07.2019
No comments:
Post a Comment