Il-Lejla
Hawn Madwari.
Il-lejla
hawn madwari
u madwar l-oħrajn
il-bżieżaq tal-bews tiegħek.
U la twebbilnix biex niġi
ħdejk
għaliex ikolli naqsam
il-baħħ invalikabbli
tal-eżistenza tiegħi.
Sakemm nistaħda għadni
fis-solitudni
ma jkun inbidel xejn
u nista’ wkoll nintilef
fil-multitudni
u noqgħod naħli l-ħin
fil-bżieżaq tas-sapun
jew noħlom.
Il-lejla għammadni b’idejk
xħin tiġi minn warajja.
Alfred Grecvh
22/07/2019.
No comments:
Post a Comment