Dan Huwa Ż-Żmien
Dan huwa ż-żmien li qatt ma xtaqtu jasal,
Dan hu l-imkien fejn xtaq li
qatt ma kont.
Dan huwa dak li jnissel
ħsieb il-biża,
Fil-milja tiegħu ġabni bħal
miġnun.
Dan hu t-twettieq ta’ dik
il-profezija,
Ewlieni l-waqt xħin kont
illuminat,
Iberren f’moħħi ’mma ħsibt
ki qatt mna jasal
U qatt ma ħlomt li nkun għad
f’dan l-istat.
Imbagħad ftit, ftit, irtsaqna
lejn ix-xifer,
U xorta waħda bqajna m’emminniex.
Ħaddieħor daq it-telf u
l-morr tal-milja,
U bqajna ngħixu dak li ma
konniex.
Xħin tasal hawn tixtieq li
tmiss ix-xefaq,
Jew tinża’ l-ġilda bħalma
jagħmlu s-sriep;
Tmur tisparixxi wara
kantuniera,
Iż-żmien bħal qtar li jinżel
mill-miżiep.
Alfred Grech
06.07.2019
No comments:
Post a Comment