F’Daż-Żminijiet ta’ Ndulġenzi Plenarji.
F’daż-żminijiet ta’
ndulġenzi plenarji
fejn kulħadd jagħmel li jrid
u x-xejn mhu xejn,
imqar il-ħolm qed jgħejja
u l-ħsibijiet iltiema
jitfaqqru
biex lanqas jibqa’ jwarrad
fil ġonna tad-dnubiet
il-fjur tal-ilsna ħielsa
mirduma kif inhuma taħt
id-dell tat-torrijiet.
U l-eternita’ wkoll ħalliet
dawn il-gċejjer għeżież
li lanqas għadhom hemm.
Xħin titlaq minn qalb
is-skiet
it-tluq jitwieled waħdu
il firda ma tkun xejn għajr
il konferma
għax din tkun ilha f’moħħok u
f’qalbek
għakemm żammejtha għalik,
u aħna m’aħna ħadd għajr
barranin
li bqajna ngħixu qaqoċċa
ġol-bitħa ffullata tal-ħabs
ta’ ruħna.
Alfred Grech
31.07.2019.
No comments:
Post a Comment