Qtitlu.
U issa qtiltu wkoll is-skiet
Is-skiet tal-bjar li jidwu
Bid-dinosawri li rxuxtajtu
F’dan l-olokawst ċivilizzat
U bil barka tal-omnipotenti.
Qtiltu l-ħsieb
Li jitwieled minn ma tafx
Fil-għabex ta’ bejn il-lejl
u l-jum
u d-dlam tas-solitudni.
Qtiltu t-tpetpit tal-kwiekeb
l-imħabba tal qamar jitbissem
li beda jħossu skomdu
jitħallat magħkom
il-bnedmin.
Qtiltu s-sabiħ tal-ħajja
U dardartu kull togħma tajba
Ħattejtu s=swar
taċ-ċitadella
Li kienet tilqa’ għalina
U sirtu bħal majjali.
Qtiltu lili.
Alfred Grech
12/07/2019
No comments:
Post a Comment