Wednesday, 3 July 2019


Image result for closer to believing

Xejn Ma Jibqa’.

Inti taf li nerġa’ lura
jisgħobija minnufih
kull tifkira u kull tqanqila
ittimbrati biss fir-riħ.

Jgħaddi ż-żmien u jiġu l-ġodda
tqalleb kollox ta’ taħt fuq
Inti bħali tibda ttenni
jimxi biss li hemm fis-suq.

Fuq kull sħaba ta’ tifkira
xejn ma jibqa’ bħal ma kien
Xejn ma jifmhu u xejn ma jafu
dak li miegħu ġarr ir-riħ.

Alfred Grech
03.07.2019

No comments:

Post a Comment