Monday, 22 July 2019


Image result for muse,mythology

Stajt Kont Dea.

Stajt kont dea lluminanti;
stajt nebbaħtni ħin bla  waqt;
stajt tellajtni fl-ogħla sema,
ftit ħin miegħek ngħaddi xtaqt.

Kien waqt wieħed li mhemmx bħalu,
xħin il kwiekeb jiddu rajt,
int bħal seħer tisparixxi
għolejt ftit imbagħad waqajt.

Kont x’kont, xtaqtek f’dawn il-ġranet
terġa’ tiġi b-torċ f-idejk,
f’waqt ta’ sokor, f’waqt ta’ glorja,
biex tmexxini b’dawl għajnejk.

Muża ħelwa, anġlu jiddi
li twelidt fl-immensita’,
dak il waqt li tiġi żżurni,
jien immiss l-eternita’.

Alfred Grech
23/07/2019

No comments:

Post a Comment