Xħin Telaq Hu.*
Xħin telaq hu, qaluna: il-ħajja
tkompli
U ridna u ma ridniex irkibna
d-dagħjsa
Inpejjpu n-nugrufun
tal-ġigġifogu
U ngħumu lkoll fil-wiċċ biex
niġu l-ewwel.
Xħin telaq hu, kien hemm
il-baħħ jirbombja
U sibna ruħna nkarku biex
nitilgħu
’L-fuq mis-sħab, inkella sal
quċċata,
U ħsibna li filgħodu seta’
jisbaħ
Żernieq mil-ġdid u bqajna
xorta waħda
Nonfħu l-bżieżaq, duħħan u
aljenazzjoni.
Fid-dinja t’ologrammi u
attaparsi
Insejna x’inhu s-sewwa u x’jagħmel
mewġa
Li ssuqna lejn it-tmiem
tan-narrattiva
It-tmiem taż-żminijiet
minfejn inħarsu
Lejn tarf il-lum, xħin
it-tmiem jasal.
Tassew li llum mintix għajr nifs tal-arja
Li tibla u l-għana li f’widnejk
jasallek
Fuq mewġ li jsir is-seħer li
jgħaqqadna.
U kien aħjar li tlaqt milli
hawn tibqa’
Itterraq bla tintebaħ li
ż-żmien għadda.
Alfred Grech
31/08/2020.
*B’dedika li zijuhi Peter
Paul.