Ma Ridtx Inkun.
Ma ridtx inkun
Biċċa mill-pajżaġġ tiegħek
Dettall fin-niżġa
Li tinħadem tul il-jum
Biex matul il-lejl tinfetaq.
Għax id-dewmien li ħadt biex
ġejt f’sensija
Jissarraf f’teptip ta’ kwiekeb
Fi sferi ta’dinjiet oħra.
Int wild l-eternita’
Iżda waħdek għad tintebaħ
X’ridt infisser
Xħin tilmaħni nerġa’ lura
Minn ġos-sħab
Fuq karru tal-fidda.
Alfred Grech
17.08.2020
No comments:
Post a Comment