155.
Imqar jekk int ma tridx li
tkompli l-mixja
Jien xorta għad nurik mnejn
għandek tgħaddi
U niġi wara l-bieb ta’ darek
ngħanni
Nistiednek tiftaħ il-purtelli
nkella
Tbexxaq il-persjani. Għax
għad jibdielek
U għad tkun int titlobni
minn xuftejja
Inneħħi din ix-xenqa u
dil-kilba
Bħal min ikun mitluf
fl-anestesija;
U għad tkun int li
tistedinna nġonġu
Il-ħjut ta’ dan l-istar li
konna nsigna
Imqar jekk niġi ntektek
bil-ħabbata
U noqgħod hawn fil-ksieħ
nistennik tiftaħ.
Ma ġara xejn jekk tgħaddi
x-xitwa kollha
U jiena nibqa’ hawnhekk bħal
grad fil-kesħa.
Alfred Grech
13.08.2020.
No comments:
Post a Comment