Versi Fuq L-istil Ta’ Tarċisio Zarb.
U hi qaltli għaliex qed
torqod waħdek?
U jien weġibtha: lilek ma
nibdlek ma ħadd
U inti tista tkun bħal warda
li qatt ma tiftaħ
Inkella ornament li bih
niddandan.
Hi qaltli: hekk tista’ tgħid
li t-tmiem ġa wasal
U għalhekk dan it-taħwid u
din il freneżija
U m’aħniex niftiehmu, kuljum
qed ngħixu ċ-ċaħda
Tal-illużżjoni filwaqt li
l-mewġ li fuqu titmewweġ
Jirreġistra n-narrattiva
tagħna t-tnejn.
U jien għedtilha: Imqar jekk
ma fhimtekx
Xorta waħda rridek iżżommli
jdejja
Kull xħin ngħaddi mil-lejl
kiefer ta’ dlam il-mewt
Għax il-wens tiegħek aqwa
mill-afrodiżajk.
Imbagħad xħin nogħla ’l-fuq
mis-sħab
Insib li minn dak kollu ma
kienxejn.
Alfred Grech
26/08/2020.
No comments:
Post a Comment