Titjira.
Inti li m’għadekx tismagħni
Qatt jgħaddilek minn moħħok
Li lilhinn minn dak li tisma’
u dak li tara
Hemm wileġ fejn jimirħu
l-għasafar li jafu jħobbu?
Stedintek kemm il-darba biex
nimirħu f’dan il-wileġ
Iżd’inti tajra tal-passa
U għadek ma lmaħtx
il-quċċata nkella l-antenna
Li fuqha tħossok li trid
tieqaf
Biex tistrieħ.
Min jaf għadx jiġi żmien li
tintebaħ
Li l-milja tat-titjira mhux
li tasal
Iżda li ttir fil-għoli
‘l-fuq mill-kaċċaturi
U minn dak kollu li jista’
jfixklek
Milli għad xi darba tasal.
Jien kont inħobbok
Iżda issa nħoss
Li kollox qed jifggħani.
Alfred Grech
21/08/2020.
No comments:
Post a Comment