Ineżorabbli.
Mhemmx lok għal ħniena
Il-ġejjieni mitkub
U int trid toqgħod hawn
tilgħab il-logħba tal-attaparsi
Biex jgħaddi ż-żmien.
Jien ħsibt li stajt
tagħmilni ħieni
Minflok għabbejtni
Bis-saram tiegħek
U żdidt fil-pis.
Kollna kemm aħna żnaturati
Mill-konswetudni
Kollna kemm aħna ninġarru
Mill-ħamla
Aħna li nsarrfu l-ħidma
tagħna
Fiż-żejjed ta’ min għandu.
Alfred Grech
30/08/2020.
No comments:
Post a Comment