ż
Għandu Mnejn.
Issa għandu mnejn li dawn
il-filistej
Jfdtħu ftit għajnejhom
U jintebħu li l-qilla
tal-allat
Mhux biss fis-sema qiegħda
Iżda ekda fl-art
U tinsab tiġġerra qalb
in-nemel
U qalb il-bnedmin
U għandu mnejn
Li jkun aħjar li jagħmlu
bħal bebbuxux
Jirtiraw l-antenna
U jidħlu ġo qoxrithom
U jieqfu bin nies jidħku
U jiġru wara l-loqom.
U għandu mnejn li dawn
il-filistej
Li ħasbu jistħu jibqgħu
jgħaddu
Iż-żmien bin-nies
Jintebħu bill-ħsara kbira
U s-saħta li ġabu fuq
kullħadd
Li dak kollu kien duħħan
U li fl-aħħar mill-aħħar
Imqar il-merħla nagħaġ l-aktar
ġwejjda
tirvilla.
Alfred Grech
19/08/2020
No comments:
Post a Comment