Inqar Jien Nixtieq Nibda Ngħix.
Inqar jien nixtieq nibda
ngħix
F’dawk l-inħawi tal-penumbra
Fl-eklissi parzjali ta’ bejn
illum u għada
Fil-fruntiera tal-kjaroskur
Ta’ dak li jista’ jkun u qatt
ma kien
Fejn ma tkunx taf jekk intix
ħaj inkella mejjet
Jekk intix magħna jeww
kontra tagħna
Jekk intix biered inkella
sħun.
Imqar jien nixtieq insalpa
Lejn dawk l-inħawi fejn tmur
tistaħba x-xemx
Fl-għabex tal-għada li qatt
ma kien
Fejn ma tkunx taf jekk hux
qed jisbaħ
Inkella jidlam, jekk hux fil-bidu
jew fit-tmiem
Jekk hux esperiment inkella
realta’
Jekk din hix xi logħba
nkella destin.
Għax hemmek lanqas tkun taf
li qed ibexbex
Lanqas taf jekk għandekx
tkompli fejn spiċċajt
Inkella mill-ġdid tibda
tfassal
Dak li ħattejt il-bieraħ.
Hemmhekk tkun tista’ titfissed
U tinsa’ li qed f’dinja mal-bnedmin
Għax la tgħodd u lanqas
tingħadd.
Alfred Grech
22/08/2020.
No comments:
Post a Comment