Mhux Biss L-Iġsma.
Issa mhux biss l-iġsma
Iżda mqar l-erwieħ qiegħdin
jitbiegħdu
Min jaf jekk hux għaliex qed
jibgħu
Li jittieħdu minn xulxin.
Jien lilek narak waħdek
Mingħajr frilli u mingħajr
xintilli
Iġġor lilek innifsek
Bħal ninfa fuq ir-ramel.
Hemm barra niex miexjin
Bla ħadd ma jaf fejn sejjer.
Lanqas naf x’ser naqbad
nagħmel.
Fit-twettieq ta’ dak
Li għandi nagħmel jien ukoll
magħżul.
Għalhekk arani jiena wkoll
Se nitla’ din it-telgħa
Inkella nibqa’ hawnhekk . .
.
Nistennik ġejja.
Alfred Grech
07/08/2020
No comments:
Post a Comment